“Ma Nistax Nistenna Biex Xi Darba Ngħid Lit-Tfal Tiegħi Li Ommhom Kienet L-Ewwel Mara ‘Weightlifting Olympian’ F’Malta – Yazmin Zammit Stevens

L-atleta Yazmin Zammit Stevens hija l-ewwel mara Maltija li ħadet sehem fl-Olimpjadi fil-weightlifting. Biex tfakkar l-esperjenza tagħha ġewwa Tokyo, Yazmin għamlet tpinġija tal-arma tal-Logħob Olimpiku fuq idejha.

Hija qalet li ma tistax tistenna għall-mument li tgħid lit-tfal tagħha li ommhom kienet l-ewwel mara ‘weightlifting olympian’ f’Malta. Qalet ukoll li qattgħet kważi sena titrenja weħedha fil-garaxx.

Prosit kbira għas-suċċess tiegħek Yazmin, u jalla ‘l quddiem ikollok aktar suċċessi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI