Matul il-pandemija u anke wara, Maxine magħrufa wkoll bħala Madamemaxxx, bdiet tagħmel programm fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook. Dan il-programm qed jirritorna wara li kien waqaf għal ftit.
Madankollu l-programm il-ġdid se jkun differenti. Minbarra l-ispettaklu, se jkun hemm logħob u wkoll diskussjonijiet dwar diversi temi. Madamemaxxx kellha domanda kbira għar-ritorn tal-programm hekk kif bosta bagħtulha messaġġ.
“Ma nsejtkomx. Il-ħidma baqgħet għaddeja- Jien flimkien ma’ l-Beqqu ħloqna kostumi magħmula bl-idejn u diversi hairstyles differenti għal dan il-programm ġdid. Se noħorġu wkoll vidjows mużikali ġodda,” qalet Madamemaxxx.
Fix-xhur li ġejjin hija se tirritorna wkoll fir-reality show tagħha.
Facebook/Madamemaxxx Maxine Sophia Attard