Bħal għada 6 t’Ottubru erba’ snin ilu il-ġuvni b’qalb tad-deheb u b’kuraġġ ta’ suldat tilef il-battalja tiegħu kontra l-kanċer. Il-legat tiegħu tibqa’ l-Fondazzjoni Smiling with Jerome, li ommu Josette flimkien mal-familja kollha għadhom imexxu b’tant dedikazzjoni.
Ommu Josette reġgħet fakkret min kien Jerome, dak il-ġuvni li baqa’ sal-aħħar nifsijiet jinkwieta u jaħseb f’ħaddieħor. Minkejja t-tbatija kbira li għadda minnha, kellu f’moħħu ħin kollu dak li għaddej minnu familji oħrajn. “Ma ridtx turihom il-biki li kont tibki bl-uġigħ, ma ridtx turi t-tbatija li kont għaddej minnha.”
“Fl-ahhar xhur ta’ hajtek meta l-mewt bdiet toqrob sew, xorta kien mohhok biex tghin. Fl-ahhar nifsijiet ta’hajtek urejt ix-xewqa li nkomplu naghmlu xoghol volontarju mal-batut, mal-vulnerabbli u hekk ghamilna ghaziz Jerome. Il-Fondazzjoni SMILING WITH JEROME hija il-legat tieghek. Hija l-legat tieghek biex il-familji li jinsabu f’tant tbatija, f’mumenti iebsin u diffikultajiet isibu l-ghajnuna mehtiega u t-tbissima tieghek tigi fuq wicchom ukoll.”
Josette tindirizza lil binha u tgħidlu li l-fondazzjoni ser tibqa’ tissaħħaħ u ser ikomplu jaħdmu biex jgħinu lil min hu fil-bżonn, kif xtaq hu. “Iva Jerome, f’gheluq l 4 snin mill-firda tieghek, inweghduk li se nkomplu naghmlu kull m’hemm bzonn biex il-familji vulnerabbli li ghaddejjin minn martirju ta’ ugigh u tbatija jkollhom sostenn qawwi ta’ pozittivita, sostenn qawwi ta’ tama u kompassjoni, sostenn qawwi ta’ fidi lejn Alla ghax bl-ghajnuna t’Alla zgur se naslu u nkomplu nghinu mijiet ta’ familji fil-bzonn.”
F’isem Gwida.mt nżommu lill-familja kollha ta’ Jerome fi ħsibijietna f’dan il-perjodu diffiċli li jiġi kull sena. Strieħ fis-sliem Jerome! Għal dejjem f’qalbna!
Segwu l-paġna Smiling with Jerome u l-ħidma imprezzabbli tal-familja Frendo HAWN Tista’ tidħol HAWN biex tissieħeb fil-komunita ta’ Facebook ta’ Smiling with Jerome u anke tagħti l-għajnuna tiegħek.