“Ma Rridx Din Il-Ġurnata Tgħaddi Mingħajr Ma Nawgura Għeluq Snin Mill-Isbaħ Lil Din Il-Mara” – Il-Ministru Miriam Dalli Lil Ommha

Il-Ministru tal-ambjent u l-enerġija Miriam Dalli ddedikat kelmtejn ta’ mħabba għal ommha l-għażiża f’jum għeluq sninha, biex turiha kemm hi speċjali għaliha.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha hi kitbitilha, “Ma rridx din il-ġurnata tgħaddi mingħajr ma nawgura għeluq snin mill-isbaħ lil din il-mara unika u tal-ġenn, ommi. Awguri f’jum għeluq sninek ma, mingħandna kollha.”



Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti mingħand persuni jixtiqulha xewqat sbieħ f’din il-ġurnata speċjali.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha f’jum għeluq sninha u nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ flimkien mal-familjari u ħbieb tagħha. Nawgurawlha għal ferm iktar snin sbieħ ta’ hena u ferħ. Awguri!



Ritratti:

Facebook / Miriam Dalli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI