“Ma Smajtx Karozza Ġejja Quddiemi… U Nispiċċa Hekk Imċaflas Mal-Windscreen” – Keith Demicoli

L-aħwa Demicoli, Ketih u Fabian, kienu l-ewwel mistienda tal-programm satiriku Min Imissu? Programm li żgur mhux forsi qed inissel tbissima fuq fomm dak li jkun. Waqt il-programm, Keith spiċċa rrakkonta ġrajja ta’ x’ġara lilu u lil ħuh Fabian darba minnhom.





Illum il-ġurnata jidħku b’dak li ġara imma nimmaġinaw li ma tantx kienet xi ħaġa tad-daħk meta ġrat. Keith kien qed isuq ir-rotra u miegħu bilqiegħda fuq il-kanna tar-rotta kellu lil ħuh Fabian.

Bejn Keith u Fabian hemm 7 snin, Keith kien jieħu lil ħuh il-Mużew. Iżda darba ma ndunax b’karozza li kienet ġejja u sema’ ebda ħoss u spiċċa imċaflas fuq il-windscreen, filwaqt li jidher li Fabian spiċċa fl-art.



Il-preżentaturi tant minn tagħna staqsewh jekk saritx ħsara lill-karozza, għax kieku laqgħet il-karozza b’imnieħru, il-karozza Skoda li spiċċa fuqha kienet tiġi Mini. Tul l-intervista qabdu xi ftit ma’ Keith, speċjalment minħabba mnieħru.

Is-sur Carmelo Arancini qallu biex ma jgħumx wiċċu ‘fuq għax jaħsbux kelb il-baħar. Keith kellu numru ta’ inċidenti bi mnieħru u ma setax jonqos li jaqbdu miegħu għax imnieħru kbir. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI