Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qasam filmat verament ħelu fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Hu żar l-iskola li kien fiha. Hu jikteb, "Fil-ħajja qatt tinsa minn fejn il-bdejt. Ninsabu fuq l-għatba ta’ sena skolastika ġdida u ma stajtx ma nżurx l-iskola li rawmitni - il-Kulleġġ ta’ Santu Wistin f’tal-Pietà."
Hu jżid, "Il-valuri li ksibt tul il-vjaġġ edukattiv tiegħi ma setax ikun possibbli mingħajr id-dedikazzjoni tal-edukaturi tagħna li għalmuni tul is-snin. Awguri mistħoqq lill-istudenti kollha li sejrin jibdew is-sena skolastika."
Bil-messaġġ tiegħu, Farrugia saħħaħ l-importanza tal-edukazzjoni bħala l-pedament tas-soċjetà. L-esperjenza tiegħu bħala student fil-Kulleġġ ta’ Santu Wistin, kif qal hu stess, tibqa’ mfakkra bħala parti essenzjali mill-identità tiegħu.
Araw il-filmat HAWN.
Facebook / Omar Farrugia