Il-kantanta lokali Brooke Borg kitbet messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali b’dedika speċjali għal ommha f’jum għeluq sninha! Brooke xerrdet anke ritratt mill-isbaħ tagħhom it-tnejn b’dik it-tbissima ħelwa tagħhom.
Brooke tawgura l-isbaħ xewqat u bi kliemha turiha kemm tapprezza li hi ommha u ħabiba tagħha fl-istess ħin. Omm li tagħmel minn kollox biex tkun hemm għaliha. “Awguri f’għeluq sninha lill-blata tiegħi, mudell u ispirazzjoni. Grazzi talli dejjem ħriġt barra minn triqtek għalija u għalina lkoll – ma stajtx nistaqsi għal omm, ħabiba u sostenn aħjar.”
Awguri minn qalbna f’isem it-tim kollu lil Rita Borg! Jalla jkollok aktar snin ta’ saħħa, imħabba, kuntentizza u suċċessi!