“Ma Stennejtx Li Mhux Se Tkompli… Qalbi Qed Tinqasam” – Alexandra Alden Lil Emma

Bosta ma basrux li lbieraħ il-kantanta Emma Cutajar kienet se tiġi eliminata minn Malta’s Got Talent. Alexandra Alden, li kienet waħda mill-judges ta’ X Factor Malta, hija l-mentor ta’ Emma u kixfet id-dispjaċir tagħha fuq il-midja soċjali.

Alex bdiet billi qalet: “L-ewwel nett, jien kburi ħafna bik! It-tieni nett, mort vera tajjeb illejla u ma stennejtx li mhux se tkompli fil-kompetizzjoni. Kellek ħafna iktar x’tagħti.”





“Qalbi qed tinqasam għalik bħalissa, imma jien ridt infakkarek ukoll fis-saħħiet tiegħek… għax int xortik tajba li ħdimt mal-aqwa produtturi tad-divertiment f’Malta u kellek iċ-ċans taqsam ix-xogħol tiegħek fuq pjattaforma nazzjonali.”

“Int dejjem kont vera dedikata u prattika. Kreattiva. Puntwali. Dejjem għamilt ir-riċerka tiegħek… Int tagħżel il-melodiji u l-kliem tiegħek bl-akbar attenzjoni, waqt li tiżgura li l-messaġġ tiegħek ikun onest u ġenwin.”



Alex spiċċat billi qalet lil Emma: “Int intelliġenti u dan huwa biss il-bidu. Il-futur huwa eċċitanti!” Taħseb li kellha tgħaddi għal finali lbieraħ Emma? Iktbilna fil-kummenti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI