"Maħsud Ferm Bl-Aħbar… Benny Mhux Biss Kien Xandar Eċċellenti, Iżda Wkoll Ħabib Sinċier" – Il-Ministru Roderick Galdes

Ilbieraħ bosta sellmu l-memorja ta’ Benny Borg Bonello, li serva bħala President tal-Għaqda tal-Konsumaturi għal ammont ta’ żmien. Fosthom kien hemm il-Ministru Roderick Galdes, li faħħar il-kwalitajiet sbieħ ta’ Benny, il-professjonalità tiegħu, kif ukoll il-ħbiberija sinċiera li offra.

“Maħsud ferm bl-aħbar li llum ħalla din id-dinja Benny Borg Bonello. Flimkien miegħu, għal numru ta’ snin, xandarna programm fuq ONE matul is-snin 90. Benny mhux biss kien xandar eċċellenti, iżda wkoll ħabib sinċier u wieħed minn dawk li ħeġġiġni biex nidħol għall-politika.”

Roderick iżid li ser jgħożż għal dejjem dak kollu li tgħallem mingħandu. It-tim ta’ Gwida.mt isellem il-memorja ta’ Benny, u joffri l-kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.





Facebook/ Roderick Galdes



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI