"Ma Tlabt Xejn Għalija, Imma Qed Nitlob Li Min Jista'…" – Joseph Debono

Wara li nhar it-Tnejn li għadda Joe Debono magħruf bħala James Bondin tkellem fuq il-kunddizzjoni tal-ALS irċieva bosta messaġġi. Illum kiteb għall-ewwel darba wara l-intervista fejn irringrazzja lin-nies tal-kummenti sbieħ.

Joe jgħid li qara l-messaġġi kollha iżda ma wieġeb lil ħadd. “Lil dawk li offrewli xi għajnuna, mingħajr ma ninstema arroganti, ngħidilhom li jien ma tlabt xejn għalija, imma qed nitlob li min jista’ jagħmel donazzjoni nhar il-Ħadd waqt il-ġabra għal Dar Bjorn”.

Nhar il-Ħadd li ġej fuq l-istazzjonijet lokali ser ikun hemm ġabra għat-tieni dar ta’ Bjorn għall-pazzjenti bl-ALS. Ejja nkunu ġenerużi u ngħinu l-ħolma ta’ Bjorn issir realtà. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI