Hekk kif illum ingħalqet b’suċċess edizzjoni oħra tal-inizjattiva Rigal Bi Mħabba fejn inġabru eluf ta’ rigali f’dawn iż-żminijiet tal-Milied għal tfal inqas ixxurtjati, Dr Lydia Abela sostniet li huwa proprju f’dawn il-mumenti li wieħed jara l-qalb ġenwina tal-poplu Malti li dejjem lest juri solidarjetà.
“Meta nara dan ix-xita ta’ rigali nħossni kburija li jien Maltija,” saħqet mart il-Prim Ministru.
Ġie spjegat kif mil-lejla stess se jibda l-proċess sabiex ir-rigali jitqasmu lit-tfal fil-bżonn.
Prosit tassew!
Facebook / MaltaGov