“Mal-Qawwa Tan-Natura M’hemmx Ċajt … Hemm X’Nitgħallmu Minn Din Il-Maltempata” – Is-Sindku Steve Zammit Lupi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-Sindku ta’ Ħaż Żebbuġ Steve Zammit Lupi qasam mas-segwaċi tiegħu ħsieb rigward il-maltempata li għaddejja minn fuqna bħalissa, fejn tkellem dwar l-oħrajn dwar il-fatt li hemm x’nitgħallmu minnha.

Hu qal, “Mal-qawwa tan-natura m’hemmx ċajt. Wied il-Għajn fost l-aktar rħula milquta bix-xlokk qawwi. Il-poplu fil-maġġoranza kkopera mal-awtoritajiet fuq l-avviżi li nħarġu. Ħsibijiet tiegħi imorru mal-forzi tal-ordni u Kunsilli Lokali, speċjalment mas-Sindki u anke l-Kunsilliera li iridu ifaċċaw ċirkustanżi xejn faċli huma u jassistu r-residenti. Hemm x’nitgħallmu minn din il-maltempata. La jonqos ir-riħ jibda x-xogħol kbir ta’ tindif. Solidarjetà ma’ dawk kolla affetwati.”







Ritratti:

Facebook/Steve Zammit Lupi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI