Sfortunatament, il-ħajja mhux dejjem ward u żgħar. Jiġu mumenti fejn taffaċċja ċirkostanzi iebsin u jkollok tagħmel li ma tixtieqx. Fuq il-grupp Ommijiet Ngħinu lil Xulxin, kitbet persuna dwar l-esperjenza tagħha. Omm li minħabba problemi finanzjarji u eventwalment mentali, sofriet ħafna qabel sabet l-għajnuna.
“Tiġġudikawnix – tliet ġimgħat ilu eżatt – ħsibt li t-triq spiċċat, il-ħajja waqfqet meta b’rapport mingħand xi ħadd anonimu ġew is-social workers minn Aġenzija Sapport. Id-dar kienet fl-agħar stat tagħha… fi stat tal-biki, litteralment lanqas naħseb ma ridt kif ħa titnaddaf… Kull m’hemm diżastru .. malli smajt il-bieb iħabbat bżajt, dħalt ġo qoxorti”

Ritratt: Facebook/ Reza Photojournlist
Is-soċial workers kienu ġew biex jgħinuha, u fil-verita, kif skopriet anke hi aktar tard, ma kellhiex għalfejn tibża’. Anzi! Kienu huma li għenuha terġa’ tqum fuq saqajha. “Is-social workers, grazzi bil-quddiem, għamlu xogħolhom bl-iktar mod professjonali fejn ħadu ħsieb persuna ta’ 11-il sena… ħadu ħsiebi ukoll. Ġejt mogħtija l-kura kontra d-dipressjoni severa… illum ġejt b’saħti iktar min qatt qabel.. dan grazzi ghat tobba u professjonisti vera professjonali.” Tgħid li għalkemm jeħtieġ aktar għajnuna, xorta waħda tħossha persuna aħjar minn dik tal-bieraħ, li kienet imbeżża’ u mitlufa.
Tuża l-esperjenza tagħha biex turi li meta ngħaddu minn problemi mentali jew dipressjonijiet, ma naqtgħux qalbna, u ma nibżgħux nirrikorru għall-għajnuna professjonali. “Mhux diżunur li tbati minn għejja u dipressjoni. Grazzi għal dawn in-nies kollha, jien illum nista’ nimxi iktar ‘il quddiem u nerġa’ nieħu ħsieb lill-minorenni ta’ 11-il sena. Taqta’ qalbek qatt u fittex l-għajnuna.”
Kuraġġ lill-ġenituri kollha – ejjew inkunu hemm għal xulxin!
Facebook/ Tiliteo Fotóstúdió Kecskemét