Malta Fl-Aħħar Post – Imma Din Id-Darba L-Aħħar Post Ifisser Aħbar Tajba!

L-aħħar post mhux dejjem l-agħar post li tkun! L-istatistika imtella’ fuq il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates turi li pajjiżna jinsab l-aħħar post minn 32 pajjiż differenti meta tara l-persentaġġ ta’ każi fil-popolazzjoni.





Dawn in-numru juru, “Indiċi kumulattivi ta’ 14-il jum u indiċi kumulattiv ta’ 5 ġimgħat għall-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra li Malta hija miftuħa għalilhom (u wħud għadhom le).” Dan hu sinjal tajjeb ferm li fost tant u tant pajjiżi aħna ninsabu l-ewwel fil-ġlieda tagħna f’din il-battalja.

Dan ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx għall-professjonisti li ħadmu bla waqfien biex jiġġieldu din il-pandemija inkluż il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, il-Professur Charmaine Gauci, u l-kap tal-laboratorji f’Mater Dei Dr Chris Barbara fost ħafna oħrajn.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI