Malta Fost Il-Pajjiżi Li Ser Tintlaqat Minn Mewġa Ta' Sħana Intensiva Fil-Jiem Li Ġejjin!

Malta hi fost xi pajjiżi li skont it-tbassir tat-temp ta’ bosta esperti, ser tintlaqat minn mewġa ta’ sħana intensiva. Flimkien ma’ Malta hemm il-Greċja u l-Italja li probabbli ser tolqothom din il-mewġa ta’ sħana bit-temperaturi jaqbżu l-40 °C sew.

Esperti tat-temp avżaw li mewġa tas-sħana tremenda hija mistennija li tippersisti madwar iż-żona tan-nofsinhar tal-kontinent, lejn il-Mediterran. Dan ifisser li s-sħana eċċessiva, bl-ogħla temperaturi, mistennija jduru madwar pajjiżi bħall-Italja, Malta u l-Greċja sa nofs il-ġimgħa u jintensifikaw aktar tard fuq Spanja u l-Portugall għal tmiem il-ġimgħa.

L-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata f’Malta kienet 43.8 ° C (110.8 ° F) fl-Ajruport Internazzjonali ta ‘ Malta fid-9 ta’ Awwissu, 1999. 

Tbassir tat-temp għal-lum it-Tnejn, 9 t’ Awwissu 2021 kien mistenni li jkun il-biċċa l-kbira bnazzi u b’ riħ mill-Lbiċ Forza 2 għal 3. L-ogħla temperatura kapaċi tilħaq sal-35°C. Dan ifisser li sa nofs il-ġimgħa, t-temperatura hi mbassra li tiżdied b’mod sostanzjali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI