Malta Għat-Tieni Sena Konsekuttiva Ssib Ruħha Fl-Aħħar Post Fis-Semifinali Tal-Eurovision Song Contest

Ftit tal-ħin ilu ġew ippublikati r-riżultati tas-semifinali, riżultati li jkomplu jaqsmu l-qlub Maltin. Dan għaliex għat-tieni sena konsekuttiva, pajjiżna spiċċa fl-aħħar post. Din is-sena rnexxielna niġbru 13-il punt.

Tajjeb li nagħmluha ċara li dan ma jnaqqas xejn mill-mertu tal-artista lokali Sarah Bonnici li tat wirja spettakolari fit-tieni semifinali. L-affarijiet f’dawn l-aħħar sentejn inbidlu b’mod drastiku, minħabba l-fatt li r-riżultat tas-semifinali beda jiġi kalkulat biss fuq il-vot tal-pubbliku. B’hekk il-ġurija ma jkollhiex sehem fil-votazzjoni tas-semifinali minkejja li jkunu qed isegwu l-andament.





Il-kanzunetta Loop interpretata minn Sarah Bonnici rnexxielha tikseb 5 punti mill-Armenja, 4 punti minn San Marino, 3 punti mill-Greċja u punt minn Franza. Riżultat bħal dan żgur li hu wieħed diżappuntanti għal Sarah, għad-delegazzjoni Maltija u anke għall-poplu Malti.

Kienu ħafna li faħħru l-interpretazzjoni ta’ Sarah u l-fatt li m’għaddietx kien ġa ta’ diżappunt kbir għal ħafna iżda l-aħħar post għat-tieni sena konsekuttiva żgur li jaqsmilna qalbna!

Sib id-dettalji tal-voti billi tidħol HAWN!

Facebook / Sarah Bonnici



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI