Din is-sena s-selezzjoni ta’ Malta għall-Junior Eurovision ser tkun kemxejn differenti minn kif sar fis-snin passati. Il-parteċipanti ta’ din is-sena ġew mitluba jissotomettu l-applikazzjoni tagħhom b’kanzunetta oriġinali jew b’kanzunetta cover version.
Din hija l-lista ta' tnax -il finalist, bin-numri fejn inti tista' tivvota:
50616001 Amy Pace - Rise Up (Cover)
50616002 Eksenia Sammut - Always Remember Us This Way (Cover)
50616003 Leah Cauchi – Illejla (Oriġinali)
50616004 Eliana Gomez Blanco - Sto Male (Cover)
50616005 Kristy Spiteri - Never Enough (Cover)
50616006 Yarin Coleiro - The Power of Love (Cover)
50616007 Yulan Law - Speechless (Cover)
50616008 Shania Cauchi - O Mio Babbino Caro (Cover)
50616009 Francesca Borg Ferranti - Seven Nation Army (Cover)
50616010 Martina Cutajar - Dynasty (Cover)
50616011 Maya Cauchi - Creep (Postmodern Jukebox) (Cover)
50616012 Aiden Aquilina Cohen - Loved Either Way (Oriġinali)

Bejn illum u nhar it-Tlieta 13 t’Awwissu, il-parteċipanti ser ikollom promozzjoni online u fuq it-televiżjoni. Matul dan il-perjodu, wieħed jista’ jivvota għal parteċipant favorit tiegħu fuq in-numri t’hawn fuq.
Isma' l-parteċipanti kollha HAWN.
Ir-rebbieħ ser jiġi determinat permezz ta’ 50% voti pubbliċi u 50% voti tal-ġurija, li mill-filmati jidher li kienu Deo Grech, Ela Mangion u Claudia Faniello.
Malta s-sena l-oħra ġiet rapreżentata minn Ela bil-kanzunetta Marchin’ On, u spiċċat fit-2 post fil-vot tal-ġurija, u finalment fil-5 post.
L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision ser issir fl-24 ta’ Novembru ġewwa l-Polonja.