Malta Mill-Ġdid Fil-Quċċata Tal-UE Għal Żidiet Fl-Emissjonijiet

Id-dejta tal-UE turi li Malta reġgħet fil-quċċata tal-UE għal żidiet fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Fil-fatt kien hemm żieda ta’ 9% meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Malta hija waħda mis-seba’ pajjiżi tal-UE li ma rnexxielhomx inaqqsu l-emissjonijiet. Erbgħa minn dawn il-pajjiżi – Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija u s-Slovenja kellhom żidiet ta’ taħt it-2%, iżda l-Latvja, il-Litwanja u Malta kellhom żidiet ta’ aktar minn 5%, b’Malta jkollha l-akbar żieda.

Malta ilha tirreġistra żieda fl-emissjonijiet għal għaxar snin mill-2014, u b’hekk Malta ġiet fl-ogħla livell fl-emissjonijiet għal kull kwart mill-2023.

Il-Bulgarija huwa l-aktar pajjiż Ewropew ta’ suċċess li naqqas l-emissjonijiet tiegħu matul is-sena li għaddiet, bi tnaqqis ta’ 15%. Il-Ġermanja, il-Belġju u l-Finlandja wkoll naqqsu b’suċċess l-emissjonijiet tagħhom.

Eurostat







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI