Malta Qed Taċċetta Ċertifikat Tal-Vaċċin Minn Dawn Il-Ħames Pajjiżi Wkoll

Il-paġna uffiċjali Department of Information (Malta) għadha kemm fakkret dwar minn liema pajjiżi qed jiġu aċċettati ċ-ċertifikati tal-vaċċin f’Malta.





Mal-lista jiżdiedu l-pajjiżi l-Iżrael,  Republika ta’ Kosovo, Bermuda, Palestina, u r-Renju ta’ Bahrain. Dan ifisser li t-turisti li jkollhom ċertifikat tal-vaċċin minn dawn il-pajjiżi jistgħu jidħlu Malta bla problemi.

Bħalissa, Malta qed tirrikonoxxi ċ-ċertifikati tal-vaċċin diġitali tal-Unjoni Ewropea, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda, ir-Renju Unit, is-Serbja, Ġibiltà, Jersey, Guernsey, Qatar, Albanija, Awstralja, Eġittu, Libanu, Kanada, Singapor, Kuwajt , L-Arabja Sawdita, il-Malasja, ir-Rwanda, kif ukoll il-karta tar-rekord tal-Istati Uniti tal-Amerika.



Facebook/ Malta International Airport

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI