Biex wieħed jidħol f’pajjiżna jrid jew ikollu ċ-ċertifikat tal-vaċċin li juri li huwa mlaqqam biż-żewġ dożi, jew inkella dak li jkun ikollu jagħmel kwarantina.
Il-Ministru Chris Fearne ħabbar li issa f’Malta ser jibda jiġi aċċettat iċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Awstralja. Dan iċ-ċertifikat se jkun jista’ jiġi aċċettat minn nhar il-Ġimgħa li ġej. Dan qed isir għax issa l-Awtoritajiet tas-Saħħa għandhom is-sistema li biha se jkun jista’ jiġi vverifikat iċ-ċertifikat tal-vaċċin Awstraljan.