Illum jgħaddu tmien snin mit-telfa ta’ Charles Miceli, attivist soċjali Malti li għal snin twal kien vuċi qawwija favur dawk li kienu jinsabu f’diffikultà.
Miceli kien magħruf għall-impenn tiegħu fil-ġlieda kontra l-faqar u għall-ħidma tiegħu favur persuni vulnerabbli fis-soċjetà. Għal ħafna żmien, kien persuna li qatt ma beżgħet titkellem dwar problemi soċjali u li dejjem ippruvat tressaq soluzzjonijiet biex titjieb il-ħajja ta’ dawk fil-bżonn.
Matul ħajtu, Charles Miceli kien jaħdem mill-qrib ma’ Caritas Malta, fejn għen lil ħafna persuni li kienu għaddejjin minn diffikultajiet, inklużi nies li kienu qed jiffaċċjaw problemi ta’ dipendenza jew li kienu qed jippruvaw jerġgħu jibdew ħajjithom.
Barra minn hekk, kien ukoll attiv fil-kampanji kontra l-faqar u kien parti mill-Anti-Poverty Alliance, fejn spiss kien jitkellem dwar il-bżonn ta’ aktar ġustizzja soċjali f’Malta, fosthom dwar il-pagi baxxi, il-problema tal-kera u l-isfidi li jiffaċċjaw familji vulnerabbli. Miceli kien miżżewweġ lil Pauline Miceli, li serviet bħala Kummissarju għat-Tfal f’Malta. Flimkien kienu magħrufa għall-impenn tagħhom favur il-ġid soċjali.
Illum, snin wara t-telfa tiegħu, ħafna għadhom jiftakru lil Charles Miceli bħala raġel b’qalb kbira uli ddedika ħajtu biex jagħti vuċi lil dawk li ħafna drabi ma jkollhomx min jitkellem għalihom.Il-memorja tiegħu tibqa’ tgħix fil-ħidma u l-valuri li ħalla warajh.
Facebook/ Malta, news, photos & People