Malta Tikklassifika Bħala Wieħed Mill-Agħar Pajjiżi Għall-Barranin Biex Jiġu Jgħixu Fih – Taqblu?

Studju internazzjonali mniedi minn InterNations li ipparteċipaw fih madwar 12,500 ruħ jiddikjara lil Malta bħala wieħed mill-agħar pajjiżi għall-barranin sabiex jiġu jgħixu fih.

Flimkien mar-Renju Unit, l-Irlanda, l-Italja, n-Norveġja, l-Kanada, l-Ġermanja, l-Finlandja, t-Turkija u anke l-Kuwait, il-gżejjer Maltin ikklassifikaw fl-aħħar f’lista tal-aktar 50 pajjiż ideali għall-persuni li qed ifittxu li jmorru jgħixu f’pajjiż barrani.

F’dan l-istudju, Malta kklassifikat fis-46 post, b’InterNations jisħqu li dan ir-riżultat huwa kkawżat minħabba problemi finanzjarji personali li jaffaċjaw il-barranin meta jiġu jgħixu f’pajjiżna.

Kien hemm reazzjonijiet diversi għal dan l-istudju.

Intom taqblu ma’ dan ir-riżultat?

InterNations







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI