Wara li nħarġu l-kanzunetti li ser ikunu qed jikkompetu fil-Malta Eurovision Song Contest, Malta titla’ fl-14-il post biex tirbaħ il-Eurovision Song Contest li s-sena ser ikun f’Basel fl-Iżvizzera. Flimkien ma’ Malta ser ikunu qed jikkompetu 36 pajjiż ieħor.
Il-kanzunetti li se jkunu qed jikkompetu fil-Malta Eurovision Song Contest intlaqgħu tajjeb ferm minn bosta segwaċi, kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali. Il-kanzunetta Kant ta’ Miriana Conte kienet fost l-ewwel kanzunetti li qed jikkompetu fil-selezzjonijiet nazzjonali li ġiet viral.
Flimkien mal-kanzunetta Kant, Heaven Sent ta’ Kristy Spiteri, Lalaratatakeke Lalaratakabum ta’ Kantera, Festa ta’ JVF, u Juno ta’ Victoria Siberras jinsabu fost il-favoriti li jirrappreżentaw lil Malta fl-Iżvizzera.