“Maltempata Kbira Li Baqgħet Tissemma” – It-Temp Madwarna Dwar Il-Maltempata Tal-25 Ta’ Jannar 1998

Tiftakruha l-maltempata l-kbira tal-25 ta’ Jannar tal-1998? Fuq il-paġna It-Temp Madwarna ġie mtella’ filmat li juri xeni xokkanti ta’ kif pajjiżna ġie milqut minn waħda mill-aktar maltempati qawwija, tant li f’diversi postijiet l-ilma beda jidħol anke fid-djar.

“Kien propju l-jum tal-Ħadd 25 ta’ Jannar (1998) meta faqqgħet din il-maltempata indimentikabbli, li baqgħet tissemma!” il-paġna kitbet mal-filmat.

Fil-filmat, waqt ir-rapport tal-aħbarijiet, jiġi spjegat kif il-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija kellhom jaħdmu bla waqfien biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u jassistu lil dawk fil-bżonn. Jidhru wkoll toroq miksija bis-silġ ikkawżat mill-maltempata, b’għargħar qawwi li kważi jagħmel impossibbli li l-karozzi jgħaddu.







Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI