"Maltempati Bir-Ragħad Dejjem Neżlin ‘L Isfel" – Tgħid Ġej Il-Maltemp?

Jidher li taf jolqotna l-maltemp fil-jiem li ġejjin! Il-paġna It-Temp Madwarna qalet, “Maltempati bir-ragħad dejjem neżlin ‘l isfel. Fit-Tramuntana ta’ Sqallija, partikolarment fil-bliet ta’ Palermo u Messina, iffurmaw maltempati vjolenti aktar kmieni llum waranofsinhar…”

Huma komplew jgħidu, “Arja ftit aktar kiesħa f’livelli ogħla fl-atmosfera qegħda toqrob bil-mod ‘il mod dejjem lejn latitudnijiet ibgħax hekk kif resqin lejn il-ħarifa…”

Huma żiedu, “L-ewwel maltempati bir-ragħad mistennija jilħqu lill-gżejjer Maltin għall-ħabta tal-festa tal-Vitorja (8/9), iżda dan hu tbassir ambizzjuż li jeħtieġ aktar osservazzjonijiet u stennija sabiex ikun irfinat.”

Tixtiequh l-maltemp?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI