Lil Eddie forsi tiftakruh ġewwa pajjiżna flimkien ma’ Howard Keith fuq X Factor Malta. Hu rebbieħ ta’ żewġ Grammy Awards u l-aħħar filmat tal-kanzunetta tiegħu Still ġie maħdum minn Malti! Victor Abela l-vidjografu ltaqa’ ma’ Lil Eddie waqt il-ġbid ta’ X Factor Malta.
Jidher li Victor u Lil Eddie bdew jitkellmu fuq instagram u l-istill internazzjonali stieden lil Victor jitla’ Londra iżda minħabba l-kwistjoni tal-Covid-19 dan ma setax iseħħ. F’Marzu, Lil Eddie rritorna lejn LA, fl-Amerika u kif kien hemm staqsa lill-Malti jekk jixtieqx jikkollabora fuq xi ħaġa flimkien.

Lil Eddie qallu li huwa għandu kanzunetta u jrid li Victor jieħu ħsieb il-filmat tagħha infatti Lil Eddie u Victor spiċċaw biex ipproduċew il-filmat flimkien u Victor ħa ħsieb l-edittjar.
Huwa uża ftit xena ta’ Malta fil-filmat u fatt kurjuż ukoll hu li Victor inkluda wkoll lil ommu. Prosit Victor! Opportunità tad-deheb għalik u tagħmilna kburin!
Facebook / Victor Abela