Mar Lura Għall-Karozza U Sabha F'Din Is-Sura – L-Għajnuna Tagħkom Hi Apprezzata!

Jidher li għad hawn diversi nies irresponsabbli li qed jagħmlu azzjonijiet li minħabba fihom qed ibati ħaddieħor. Jidher li ġuvni Malti tefa’ fuq il-midja soċjali rigward is-sura li sab il-karozza tiegħu fiha malli mar lura. “Ilbieraħ sfortunatament kont vittma ta’ Hit & Run li sar fuq il-karozza tiegħi waqt li kont ipparkjat fi Triq Dragonara San Ġiljan.”

Hu jixħet xi ritratti fosthom tad-daqqa li qalgħet il-karozza. “Dan huwa l-istat li fih sibt il-karozza tiegħi, daqqa enormi li għamlet ħsara lill-maġġoranza tal-parti ta’ quddiem tal-karozza.”

“Qed nitlob għal kull tip ta’ informazzjoni jew jekk xi ħadd ra dan l-inċident fi Triq Dragonara f’San Ġiljan (viċin Sky Club kif jidher fuq il-Google Maps Marker) bejn it-20:00 u s-2:30, ġentilment jikkuntattjani”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI