Mara B’7 Xhur Tqala U Bil-Covid-19 Tispiċċa L-ITU F’Koma U Bil-Ventilatur

Tarbija kellha titwieled xahrejn qabel iż-żmien minħabba li ommha kienet marida b’mod kritiku bil-Covid-19. 

L-omm ġiet ittrasferita l-isptar. Kellha seba’ xhur tqala u tant kienet marida ħasbet li kienet se tmut. Id-deċiżjoni diffiċli ttieħdet biex it-tarbija jwellduha permezz ta’ ċesarja urġenti. Il-proċedura kienet riskjuża iżda t-tobba ħassew li ma kellhomx għażla.

Wara li welldet, l-omm tqiegħdet f’koma u fuq ventilatur. Lis-sieħeb tagħha qalulu biex jipprepara għall-agħar. Huwa ġie mwissi li jista’ jitlef lill-omm, lit-tarbija jew lit-tnejn.

Iżda kollox mar b’wiċċ il-ġid. Il-ġimgħa li għaddiet l-omm setgħet tara lil bintha għall-ewwel darba. Kienet laqgħa emozzjonali bejn l-omm u t-tarbija tat-twelid.

L-omm issa qiegħda d-dar tirkupra. It-tarbija għadha l-isptar iżda qed tissaħħaħ aktar ma’ kull jum li jgħaddi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI