Mara dijabetika Maltija ġiet imneħħija mit-trasport pubbliku u mmultata talli kielet cracker mingħajr maskra bħala parti mill-infurzar dejjem jikber fuq ir-regolamenti tal-Covid-19.
Mara li għandha aktar minn 70 sena, spiċċat kellha tħalli x-xarabank u jidher li ġiet ukoll mmultata talli neħħiet il-maskra sabiex tiekol xi crackers. Jidher li l-anzjana kienet fuq ir-rotta mill-Belt Valletta għal Ħal Kirkop.
Is-sit Lovin’ Malta rrapporta li uffiċjal li tfaċċa fuq l-istess Xarabank iddeċieda li jikkastiga lill-mara talli kisret ir-regolamenti. Il-mara ppruvat tispjega lilha nfisha u saħansitra pprovdiet lill-uffiċjal dokumentazzjoni biex turi l-kundizzjoni tagħha.
Sfortunatament, dawn waqgħu fuq widnejn torox u l-anzjana kellha tinżel minn fuq ix-xarabank u ġie mogħtija multa. Għalkemm hi baqgħet tipprova li għamlet dan ħabba saħħitha l-uffiċjal qallha biex tgħid dan kollu lit-tribunal jekk tiddeċiedi li tagħmel appell.