Mara Olandiża Tmut Wara Li Qabdet Il-Covid-19 Darbtejn – L-Ewwel Rapport Ta' Mewta Minn Każ Ta' Infezzjoni Mill-Ġdid!

Mara Olandiża saret l-ewwel persuna magħrufa li mietet wara li ħadet il-Covid-19 darbtejn fux xulxin skont l-esperti, u din qajmet mistoqsijiet serji dwar kemm l-immunità u l-antikorpi jistgħu jdumu.

Il-mara ta’ 89 sena kienet qed issofri minn tip rari ta’ kanċer tal-mudullun u s-sistema immunitarja tagħha kienet kompromessa minħabba t-terapija li tnaqqas iċ-ċelloli li rċeviet, ir-riċerkaturi fiċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Maastricht fl-Olanda kitbu f’karta aċċettata għall-pubblikazzjoni fil-ġurnal Clinical Infectious Diseases.

Madankollu, ir-riċerkaturi qalu li r-rispons immuni naturali tagħha xorta seta’ kien suffiċjenti biex jiġġieled kontra l-Covid-19, peress li t-tip ta’ trattament li rċeviet għall-kanċer mhux neċessarjament jirriżulta f’marda ta’ theddida għall-ħajja.

Għalkemm kien hemm xi każijiet irrappurtati ta’ infezzjoni mill-ġdid mad-dinja kollha din hija l-ewwel darba li xi ħadd li ġie rrappurtat li miet wara li ħa l-Coronavirus għat-tieni darba.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI