Illum jaħbat għeluq snin is-Sinjura Miriam Vella, mart il-president ta’ Malta l-eċċelenza tiegħu George Vella. F’dan il-jum speċjali, il-preżentatur ta’ ONE, Wayne Aquillina ħalla messaġġ tassew ħelu fejn iddeskriva lis-Sinjura Vella b’mod mill-isbaħ!
Wayne kiteb, “Awguri lis-Sinjura Miriam Vella, il-‘First-Lady’ ta’ pajjiżna f’jum għeluq snina. Il-mara umli, li fis-skiet tagħmel tant ġid, l-aktar mal-batut. L-akbar rigal li llum nistgħu nagħtu lis-Sinjura Vella hu li ngħinu lil The Malta Community Chest Fund Foundation.”
Aħna nħeġġu lil kulħadd jisma’ mill-parir ta’ Wayne għax nafu fiċ-ċert li s-Sinjura Vella żgur tieħu gost b’kull għajnuna li l-Malta Community Chest Fund tirċievi. F’isem Gwida.mt, nawgurawlek l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum kif tixtieq qalbha!
Facebook / Roderick Galdes