“Marco U L-Familja Tiegħu Jinsabu F’sitwazzjoni Fejn Il-Prijoritajiet Huma Oħrajn, U Għalhekk Il-Ħanut Jinsab Magħluq” – Il-Viċi Sindku Ta’ Birżebbuġa

Il-Viċi Sindku ta' Birżebbuġa Josette Busuttil tikteb, "Din il-ġimgħa tibda sena skolastika ġdida. Għal ħafna snin, il-ħanut Rainbow Stationery Birżebbuġa ta’ Marco kien ta’ sostenn għal studenti, ġenituri u kuraturi, billi dejjem ipprovda dak kollu li kellna bżonn."

Hi żżid, "Illum, madankollu, Marco u l-familja tiegħu jinsabu f’sitwazzjoni fejn il-prijoritajiet huma oħrajn, u għalhekk il-ħanut jinsab magħluq. Għandhom bżonn mhux biss l-appoġġ tagħna, iżda wkoll it-talb u l-ħsieb tagħna."

Josette tkompli, "Bħalma nitolbu l-għajnuna u l-protezzjoni għal uliedna fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, nitolbu wkoll għal Marco u l-familja tiegħu sabiex isibu s-saħħa, il-paċi u l-kuragg li għandhom bżonn f’dan il-mument.Nagħmlu dan flimkien, bħala komunità, għax flimkien insibu l-qawwa. F'talbna."

Fi ħsiebna għeżież!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI