Bjorn Formosa huwa wieħed mill-aktar attivisti magħrufa f’Malta li jaħdem biex jgħin lill-persuni li jbatu mill-marda newroloġika ALS.
Minkejja l-isfidi kbar li ġabet din il-kundizzjoni f’ħajtu, Bjorn baqa’ determinat li jagħmel differenza fis-soċjetà Maltija. Maġenbu dejjem hemm martu, Maria Formosa, li saret pilastru importanti mhux biss għalih iżda wkoll għall-ħidma tal-fondazzjoni ALS Malta u għall-proġett DAR Bjorn.
Maria hija magħrufa għall-dedikazzjoni tagħha biex tgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom, u ħafna jqisuha bħala persuna b’qalb kbira u kuraġġ kbir.
Nhar il-Ħadd li għadda Bjorn esprima l-gratitudni lejha. “L-ALS żammitni f’din is-sodda. Ħaditli l-moviment, il-vuċi, u n-nifs. Imma Maria għażlet li ssir idejja, leħni, u l-pulmun li jżommni ħaj.”
Xempju ċar tal-imħabba vera!