Ftit tal-ħin ilu l-kantanta u ġurnalista Maria La Barokka Muscat xtaqet tgħaddi parir importanti rigward id-distanza soċjali li nżommu bejnietna.
“Żomm distanza soċjali ta’ kilometru jew aktar minn nies negattivi”. Meta kitbet hekk Maria ma kinitx qed tirreferi għall-Covid-19, iżda għall-każijiet li jistgħu ikunu agħar. Maria tagħti parir bis-sens biex wieħed ma jħalli l-ebda negattività tidħol f’ħajtu w ifittex biss dak li jagħmlu kuntent u pożittiv.
Hi tkompli “u meta ssib min hu pożittiv tkaħħal miegħu”.
Hekk hu fil-fatt – żewġ metri m’humiex biżżejjed biex wieħed jgħix ħajja ‘l bogħod mid-dwejjaq, inkwiet u negattività!
Facebook/ Maria La Barokka Muscat