Marija Ssir It-Tieni Parteċipanta Eliminata Minn Fuq HazZzard – Temmnu Li Kienet Deċiżjoni Ġusta?

Il-programm lokali HazZzard kompla jqanqal diskussjoni fost l-udjenza tiegħu hekk kif tħabbret it-tieni eliminazzjoni tal-istaġun. Din id-darba, Marija saret it-tieni parteċipanta li kellha tħalli l-kompetizzjoni, aħbar li qanqlet diversi emozzjonijiet.



Il-produtturi tal-programm ippubblikaw, “Marija hija t-tieni parteċipanta li ġiet eliminata. Temmnu li d-deċiżjoni ġusta?” Mistoqsija li fetħet il-bieb għal diversi opinjonijiet, xi wħud jaqblu mal-proċess tal-eliminazzjoni u oħrajn jikkritikawh.



Fost il-kummenti, kien hemm min sostna li l-isfidi għandhom jitkellmu waħedhom u li l-prestazzjoni fuq jum partikolari għandhom jiddeterminaw dawn. Oħrajn qalu li Marija kienet qed turi progress u li forsi kien jistħoqqilha ċans ieħor.



B’hekk, HazZzard mhux biss qed joffri kompetizzjoni mimlija adrenalina, iżda wkoll qed joħloq dibattitu dwar x’inhi ġustizzja. Jidher ċar li l-udjenza hi involuta aktar minn qatt qabel u l-mistoqsija tibqa’ kienet deċiżjoni ġusta?

Ritratti:

Facebook / HazZzard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI