Marki Tat-Toroq F’Ħal Lija Jħallu Lil Kulħadd Iħokk Rasu!

Il-marki tat-toroq Maltin jew magħmulin b’mod impekkabbli jew diżastrużi. Jista’ jkun li qed taħseb, ‘U ejja x’għaġeb! Kemm jista’ jkun ħażin din id-darba?’ Jekk ma temminniex, ħa nuruk ftit!

Mal-ewwel daqqa t’għajn, dak li tara f’dan ir-ritratt imtella’ fuq grupp fuq Facebook huwa l-kelma ‘PEEK’ enormi miktub fuq l-art, allura l-istint naturali tiegħek hu li tmur lura u taqra minn fuq għal isfel: “RAELC PEEK”… X’inhu? Imma jien qed niblieh? Xi jfisser dan?



lija
Ritratt: Facebook/James Myatt



Imbagħad, tmur lura fil-qiegħ u tirrealizza li mhix ‘PEEK’ imma ‘KEEP’… Imbagħad bozza tad-dawl tinxtegħel f’moħħok – ‘KEEP CLEAR.’ Illalu, bro x’waħda ħawwadtni! Bl-ittri miżbugħin vertikalment (u b’mod konfuż) kif inhuma, tirrealizza li le, m’intix qed tiġġennen.

U jidher li ma konniex l-uniċi li ħassejna hekk. “Domt ftit biex nifhem dak li nkiteb,” ammettiet persuna fuq Facebook li kkummenta fuq ir-ritratt. “Naħseb li dawk iż-żewġ sewwieqa li pparkjaw il-karozza tagħhom hemmhekk ma setgħux jaqrawha wkoll,” qal sarkastikament ieħor.

Facebook/James Myatt



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI