It-tama għall-familja Taljana ta’ Enzo Galli u Simonetta Filippi tieħu daqqa ta’ ħarta hekk kif waqt li sippost ġabu magħhom f’pajjiżhom ferħ kbir, billi jadottaw iben/bint, spiċċaw biex infirdu minħabba l-pandemija.
“Marru l-Indja biex jadottaw. Enzo spiċċa infettat bil-Covid-19. Saħħtu marret lura. Ftit qabel miet kiteb nota lil martu. Qalilha ‘inħobbok’. Ftit wara miet.” Storja ta’ qsim il-qalb li qas biss tista’ timmaġina id-dieqa u l-weġgħa.
Din l-istorja li ppubblikaw Malta News Photos and People tfakkarna f’Ivan Barbara, il-Malti li tilef ħajtu minħabba l-Covid-19 waqt li tela’ biex jadotta mill-Indja. Strieħ fis-sliem Enzo Galli u kondoljanzi lill-familja kollha. Minn hawn mill-ġdid insellmu l-memorja ta’ Ivan.