Martin Ser Jagħmel Id-Distanza Ta’ 200KM Bir-Rota Fi Sqallija B’Risq Caritas Malta

Għat-tielet sena konsekuttiva u fuq rotta b’avventura ġdida u aktar impenjattiva, Martin se jerġa’ jidħol għal sfida bir-rota biex ikompli jiġbor fondi għall-istess għan nobbli. Martin ser jagħmel id-distanza ta’ 200 kilometru bejn it-22 u t-23 ta’ Mejju li ġej.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Caritas Malta ħarġu filmat rigward dan fejn qalu, “F’Mejju li ġej Martin se jwieġeb għal sejħa oħra. Din id-darba mhux bl-ambulanza, imma bir-rota. 200 kilometru fi Sqallija b’risq Caritas Malta.”

Huwa qed iħeġġeġ lil kulħadd biex juri s-sapport tiegħu, kemm billi jsegwi l-inizjattiva kif ukoll billi jagħti donazzjoni, biex Caritas Malta tkompli ssaħħaħ u tevolvi s-servizzi tagħha lejn dawk fil-bżonn.







Ritratti:

Martin Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI