Fuq Instagram, Martina Zammit flimkien mal-mara tagħha għadhom kemm ħabbru l-aħbar mill-isbaħ li se jsiru ommijiet! Martina u Emma kienu żżewġu f’Marzu tas-sena l-oħra.
Martina tellgħet ritratt flimkien ma’ Emma juru r-ritratti tal-ultrasound tat-tarbija. Martina kitbet dan il-kliem sabiħ, “L-ommijiet tiegħek huma tant ħerqana biex jiltaqgħu miegħek!”
Ħafna kitbu l-awguri tagħhom fil-kummenti ta’ din il-post mill-isbaħ! Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħu lil Martina u Emma.
View this post on Instagram
Instagram/@tinaz_zee