Il-kantant lokali Matt Blxck jidher li se jkun il-moħħ wara s-sigla tal-istaġun li jmiss ta’ Love Island Malta. Dan hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tingħata l-ħajja r-raba’ edizzjoni ta’ dan ir-reality xow.
Ftit sigħat ilu l-kantant Malti spjega fuq il-midja soċjali li s-sigla qiegħda fil-proċess sabiex titlesta.
Hekk kif resqin ix-xhur tas-sajf, bosta qed jistennew bil-ħerqa sabiex jirritorna Love Island wara li matul dawn l-aħħar tlett snin kiseb suċċess liema bħalu fit-televixin Maltu u rnexxielu jattira l-attenzjoni, b’mod partikolari tal-udjenza żagħżugħa.
S’issa fl-istorja ta’ Love Island Malta, kienu Allen u Chelsea, Clinton u Tamika kif ukoll Matthew u Evelyn li qatt irnexxielhom jirbħu dan ix-xow.
Facebook / Matt Blxck u Facebook / Love Island Malta