"Matul Din Il-Ġimgħa, 121 Xufier Ġew Imħarrka Mill-Pulizija B’Rabta Ma’ Sewqan B’Veloċità Eċċessiva" – The Malta Police Force

Fuq il-paġna uffiċjali The Malta Police Force inkiteb aġġornament dwar it-taħrikiet li nħarġu matul l-aħħar ġimgħa. 

“Matul din il-ġimgħa, 121 xufier ġew imħarrka mill-Pulizija b’rabta ma’ sewqan b’veloċità eċċessiva f’diversi lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin. Waqt dawn l-ispezzjonijiet ta’ rutina, inħarġu wkoll diversi taħrikiet oħra relatati ma’ ksur tar-regolamenti tat-traffiku, fosthom sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, użu tal-mobile phone waqt is-sewqan, vetturi mingħajr liċenzja valida tas-sewqan u persuni mingħajr iċ-ċinturin tas-sigurtà waqt is-sewqan, fost oħrajn.”

Il-korp tal-Pulizija mill-ġdid jappella lis-sewwieqa biex josservaw ir-regoli tat-traffiku.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI