Mauro Zammit LI Qed Jagħmel In-Novizzjat Mal-Franġiskani F'Quddiesa Fuq Rai Uno

Kiber fil-Paroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara, għal numru ta’ snin kien abbati u jgħin fil-knisja. Fl-2017, Mauro wieġeb is-sejħa tal-Mulej u qalb ‘Iva’ sabiex jibda mixja vokazzjonali mal-Patrijiet Franġiskani Konventwali. 

Mauro jiġi wkoll il-kuġin tal-kantanta Gloriana Arpa Belli, u llum qassmet dan il-filmat vera sabiħ ta’ Mauro. Filmat ta’ Mauro jaqra waqt quddiesa fuq Rai Uno. Mument sabiħ mmens. 

Ilbieraħ waqt l-Aħbarijiet ta’ Television Malta, intervistat minn Fiorella Pace, Mauro tkellem fuq okkażjoni speċjali fil-post fejn hu midfun San Franġisk. Il-Papa Franġisku ċċelebra quddiesa li fiha ffirma enċiklika bl-isem ta’ ‘Lkoll Aħwa’ fuq l-artar. Xi ħaġa mhux komuni li l-Papa jagħmel dan għax issoltu dawn l-affarijiet isiru l-Vatikan. Mauro ħassu xxurtjat li waqt li l-Papa Franġisku kien Assisi sabiex jiffirma l-enċiklika hu anima billi kanta waqt il-quddies.

Itlob għalina Mauro! Ħu ħsieb u proset!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI