Maya Mitlfua U L-Kelba L-Oħra Se Tiġġennen Mingħajrha

Maya hija l-kelba ta’ 4 xhur biss, li tinsab mitlufa. L-aħħar li ntlemħet kien fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli. Sidha qaltilna li hija kelba dħulija ħafna. Qaltilna wkoll li fuq naħa minnhom, għandha qisu l-għamla ta’ Mickey Mouse b’mod naturali fil-ġilda tagħha.

Jaħasra l-kelba l-oħra tinsab imdeqja mingħajrha! Sfortunatament peress li għadha żgħira u kellna l-pandemija tal-Covid-19, ma ntlaħaqx saritilha ċ-ċippa tagħha. Danika qed taħseb ukoll li forsi ħadha xi ħadd, imma almenu, tixtieq tkun taf li tinsab f’idejn tajba.





Kull min għandu xi tagħrif jew jista’ jgħin fit-tfittxija ta’ Maya, mitlubin tagħmlu kuntatt fuq 98136585 jew inkella fuq in-numru 1717. Jingħata wkoll rigal xieraq lil min isib lil Maya!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI