Mediċini Għall-IVF u Għall-Kura Tal-Kanċer Ser Jingħataw B'Xejn

Madwar 4,500 anzjan jew anzjana li ser jilħqu t-80 sena ser igawdu minn mediċini b’xejn mingħajr test tal-mezzi. Se jiżdiedu wkoll dawk il-mediċini tal-onkoloġija li jitrattaw diversi tipi ta’ kanċer. 

Il-Ministru jħabbar żieda fit-trattament tal-osteoporożi li minnu  ser ikunu qed igawdu madwar 20,000 pazjent. Fil-lista ta’ mediċini ġodda hemm dawk għat-trattament ta’ mard taċ-ċirkulazzjoni, mediċini psikjatriċi li ser jgħinu biex jonqos iż-żmien li persuna tqatta’ l-isptar għal kura psikjatrika. 

Żieda fil-mediċini ġodda għat-trattament tal-fibromyalgia u trattament tal-anafilassi, li jingħata waqt reazzjoni allerġika severa. Dan it-trattament ser ikun ipprovdut f’madwar 325 skola biex jiġi mogħti lill-istudenti f’każijiet ta’ emerġenza. 

Jiżdiedu wkoll mediċini ġodda għat-trattament ta’ mard rari, il-mediċini għall-pazjenti tal-IVF u t-trattamenti għall-pazjenti b’mard infjammatorju. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI