Meghan Markle hija attriċi rinomata madwar id-dinja kollha, iżda kisbet l-akbar fama meta żżewwġet lill-Prinċep Harry, li jiġi t-tieni iben tal-prinċipessa Diana.
Bħala koppja miżżewwġa huma kienu appellaw għall-privatezza minħabba li kienu qed jinxterrdu affarijiet foloz dwarhom u għalhekk kienu ilhom ma jidhru fuq it-televiżjoni, iżda issa jidher li Meghan qed tħossha lesta biex terġa’ tirritorna għal fuq it-televiżjoni.
Hi ħarġet reklam għal serje ġdid li se joħroġ, ibbażat fuq ħajjitha u l-imħabba tagħha lejn it-tisjir fejn ser narawha ssajjar fil-kċina u anke tiġbor l-ingredjenti mill-ġnien tagħhom, biex issajjar lil diversi mistednin li se jkunu qed jidhru fuq il-programm.
Il-programm li ħiereġ fuq Netflix fil-15 ta’ Jannar ser ikun jismu ‘With Love, Meghan’. Intom se tarawh?
View this post on Instagram
Instagram / meghan