“Mela Issa Qed Joħorġu Vouchers Skaduti Mil-Magna?!” – Persuna B’Ilment Wara Li M’Aċċettawlhiex Voucher Tal-Fliexken Tal-Plastik

Minn meta bdiet l-iskema fejn wieħed jista’ jitfa’ l-fliexken tal-plastik fil-magni u jiġbor lura l-10c li jkun ħallas għalihom qamu diversi lmenti.

Fuq wieħed mill-gruppi ta’ Facebook persuna lmentat wara li kellha voucher ta’ €1.50 u meta marret biex issarrfu f’ħanut qalulha li dan kien diġà ssarraf. Hi qaltilhom li dan ma kienx possibbli għax ħadd ma jerġa’ jagħtik il-voucher lura. Id-data fuq dan il-voucher kienet is-sitta ta’ Diċembru imma jidher li tal-ħanut qaltilha li dan kien issarraf fit-tnejn ta’ Diċembru.

“Mela issa qed joħorġu vouchers skaduti mill-magna?!” staqsiet dil-persuna. X’jista’ jkun li kienet ir-raġuni għala ma sarrfux dal-voucher?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI