Melissa Pace kitbet fuq il-paġna tagħha dwar l-għanijiet li xtaqet taħdem iżjed fuqhom fis-sena l-ġdida u spjegat dwar jekk hux qed jirnexxielha tagħmel dak li xtaqet.
Hi spjegat li s-sena l-ġdida tagħha ma bdietx eżatt kif xtaqet għax qabadha riħ qawwi iżda b’hekk kellha l-opportunità biex tirrifletti fuq is-sena li għaddiet u tagħmel xi għanijiet għas-sena li ġejja.
Hi spjegat, “Pereżempju, sfida li tajt lili nnifsi għas-sena 2025 kienet li norqod mill-inqas 7 sigħat kull lejl. Tinstema’ faċli fuq il-karti hux? Imma b’ħajja mgħaġġla tista’ tkun diffiċli! Qed jirnexxieli 90% mill-ħin s’issa, xi ħaġa li jien kburija biha.”
Hi staqsiet lis-segwaċi tagħha jekk ippjanawx li jaħdmu fuq affarijiet ġodda din is-sena u spjegat li ma jimpurtax jekk ma jirnexxilniex l-ewwel darba. Nistgħu nitgħallmu mill-proċess u nerġgħu nippruvaw.
Facebook / Melissa Pace