Proprju 10 snin eżatt wara r-rebħa ta’ Destiny fil-Junior Eurovision Song Contest, ser inkunu qed naraw lil oħta ż-żgħira fuq l-istess palk. Iċ-ċkejkna Melody ser tkun qed tingħaqad mat-tim ta’ Eliza u b’hekk bħalissa tinsab ġewwa Tbilisi tipprepara mal-bqija tat-tim. Eliza kienet proprju fuq it-tim ta’ Destiny meta ftit ġimgħat ilu rebħet it-tieni staġun ta’ The Voice Kids Malta.
Illum kellhom proprju l-ewwel prova fuq il-palk fejn irċivew kummenti pożittivi immens rigward id-dehra tal-palk. Il-Junior Eurovision 2025 ser ikun nhar is-Sibt li ġej!
Awguri kbira Malta!