Membri Tal-K9 Urban Search And Rescue Imorru In-Norveġja Għat-Taħriġ Mal-Klieb Tagħha

Melanie u Greta, membri tal-K9 Urban Search and Rescue Malta marru n-Norveġja għat-taħriġ. Huma marru flimkien mal-klieb bravissimi tagħhom Zara, Toby u Logan.

“Kienet esperjenza ta’ tagħlim kbir kemm għalija kif ukoll għall-klieb. Aħna ttrenjajna f’ħafna postijiet u terrains differenti li kienu ġodda għalina. Tgħallimna tekniki differenti u sibna wkoll pariri eċċellenti mill-għalliema,” huma qalu.

“Nemmen li l-iktar parti ta’ sfida għall-klieb kienet il-fatt li kollox kien ġdid għalihom … l-ewwel darba li vjaġġaw barra l-pajjiż (u dik kienet titjira twila), li tkun f’pajjiż ġdid, riħa ġdida, nies ġodda, postijiet ġodda; iżda b’mod ġenerali naħseb li aġġustaw pjuttost malajr. Kellna ġranet twal ta’ taħriġ u allura fl-aħħar tal-ġurnata huma kienu eżawriti imma kuntenti.”

Proset lil Melanie, Greta, Zara, Toby u Logan!





Facebook/K9 Urban Search and Rescue Malta 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI