L-Ewroparlamentari Malti Alex Agius Saliba għadu kemm ħabbar li llum għalih u għall-martu kienet l-isbaħ ġurnata. Dan wara li sar missier għall-ewwel darba u ta merħba f’ħajtu lċ-ċkejkna Amelia.
Minn qalbna nawguraw lill-koppja Agius Saliba r-risq!
Fl-20 t’Ottubru tal-2018, Alex u Sarah ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. Fl-2019 hu kien ikkonfermat bħala membru tal-parlament ewropew f’isem Malta.